SIRENS GREENTUBE……………. 6 NEPTUNES LEO VEGAS……………… 9
(2-3), (2-3), (2-1), (0-2)
Neptunes Leo Vegas pattew għat-telfa li sofrew fl-ewwel rawnd kontra Sirens Greentube u b’din ir-rebħa telgħu fil-quċċata, b’logħba għat-tmiem tat-tieni rawnd. Sirens ma kinux fil-forma tas-soltu, mertu wkoll ta’ Neptunes li kienu pass qabel l-avversarji f’ħafna mill-ħinijiet.
Doppjetta ta’ Jordan Camilleri poġġiet lil Neptunes 2-0 minn fuq iżda Valentino Gallo wieġeb b’doppjetta minn tiegħu fi ftit ħin, sakemm Darko Brguljan daħħal lil Neptunes 3-2 minn fuq.
Neptunes ħadu l-kontroll tal-logħba fit-tieni sessjoni u skorjaw tliet gowls konsekuttivi permezz ta’ Petar Muslim, Brguljan u Jordan Camilleri filwaqt li nnewtralizzaw l-attakki tal-avversarji. Dan sakemm Paul Privitera u gowl ta’ Gallo lejn it-tmiem minn passaġġ ta’ Nicholas Grixti naqqsu d-distakk għal żewġ gowls biss.
Dawn iż-żewġ gowls taw kuraġġ lil Sirens li fit-tielet sessjoni ma ħallewx lil Neptunes jagħmlu li jridu. Il-penalty ta’ Gallo kompla tahom aktar saħħa, bl-istess Taljan jiskorja l-ħames gowl personali wara li Stevie Camilleri kien għamel l-iskor parzjali 7-5.
Gowl ta’ Petar Muslim fil-bidu tal-aħħar sessjoni witta t-triq għar-rebħa ta’ Neptunes. Huma baqgħu dixxiplinati u kkonċedew biss okkażjoni ta’ raġel aktar għal Sirens li ma sfruttawx. Il-gowl lejn it-tmiem ta’ Nikolai Zammit aċċerta r-rebħa lit-tim ta’ Jovan Popovic hekk kif Sirens ma setgħux iwettqu reazzjoni biex isalvaw il-logħba.
Sirens: N. Grixti, J. Zerafa Gregory, C. Presciutti, P. Privitera (1), M. Grech, J. Brownrigg, I. Riolo, V. Gallo (5), J. Napier, E. Aquilina, L. Caruana, M. Sciberras, O. Gauci, Z. Bartolo, G. Farrugia
Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon, K. Erdogan, G. Pace, P. Muslim (2), D. Brguljan (2), S. Camilleri (1), J. Camilleri (3), J. Abela, N. Zammit (1), J. Muscat, M. Azzopardi, B. Busuttil, S. Busuttil, J. Farrugia
Referees: Mario Dalli, Luca Castagnola
Sliema jbatu iżda jieħdu dak li riedu
SLIEMA FRANK SALT………….. 14 EXILES ELIA CATERERS………….. 13
(2-2), (5-5), (5-4), (2-2)
Sliema Frank Salt tħabtu mhux ftit iżda finalment ħadu dak li riedu. Dawn it-tliet punti wassluhom biex ħadu vantaġġ mid-dwell bejn Sirens u Neptunes hekk kif qed jittamaw li jispiċċaw it-tieni rawnd mal-ewwel tnejn biex jgħaddu direttament għas-semifinali tal-play-offs.
Exiles kellhom prestazzjoni pożittiva li kompliet turi progress għalkemm xorta mhux qed jirnexxielhom jiksbu punti. Il-gowlkiper tagħhom Matthew Caatillo rritorna fil-lasta wara li tilef il-konfront kontra San Ġiljan u kellu logħba tajba, anki jekk ma kienx fl-aħjar kundizzjoni tiegħu.
Mark Meli u Norbert Hoznyansky poġġew lil Sliema darbtejn minn fuq fl-ewwel sessjoni, iżda fiż-żewġ okkażjonijiet Exiles wieġbu permezz ta’ Timothy Sullivan u Sean Xerri de Caro.
Exiles kienu 5-3 minn fuq fit-tieni sessjoni iżda Meli u Jamie Gambin ġabu d-draw, bil-koppja Hoznyansky u Subotic ipoġġu lil Sliema 7-6 fil-vantaġġ, iżda Milos Vukicevic daħħal liż-żewġ timijiet fi draw.
Sliema rnexxielhom jiftħu vantaġġ ta’ tliet gowls fit-tielet sessjoni permezz ta’ doppjetta mis-centre Jerome Gabarretta u l-captain Mark Meli. Exiles pruvaw jibqgħu fil-logħba u għal darbtejn naqqsu d-distakk għal żewġ gowls iżda s-Slimiżi wieġbu ftit wara, sakemm doppjetta ta’ Marko Jelaca ħalliet id-differenza ta’ gowl.
It-tim ta’ Sergio Afric deher li assigura t-tliet punti b’gowls minn Jerome Gabarretta u Nicholas Bugelli. Exiles irnexxielhom inaqqsu d-distakk b’gowls tax-xellugi Michele Stellini u ġmiel ta’ gowl ta’ Milos Vukicevic, iżda ma kienx fadlilhom biżżejjed ħin biex isalvaw il-logħba.
Sliema: J. Parnis, J. Gabarretta (3), G. Subotic (2), J. Sciberras, M. Meli (3), N. Hoznyansky (2), M. Spiteri Staines (2), L. Galea, B. Cachia, J. Gambin (1), Z. Mizzi, N. Bugelli, M. Vassallo, J. Cachia, K. Borg
Exiles: M. Castillo, M. Stellini (2), A. Magri, M. Jelaca (2), T. Sullivan (2), S. Xerri de Caro (1), M. Fenech (2), K. Griscti, M. Vukicevic (3), A. Cousin (2), N. Paris, P. Paris, M. Martin, S. Apap, C. von Brockdorf
Referees: Peter Balzan, Antonio Guarracino
//= $special ?>