Futbol Sport

Possibbiltà tajba ta’ tpartit bejn Romelu Lukaku u Paulo Dybala

Il-futur ta’ Paulo Dybala jista’ jkun fl-Ingilterra hekk kif ilbieraħ wieħed mir-rappreżentanti tiegħu Jorge Antun siefer lejn Londra biex jiddiskuti ma’ Manchester United proposta dwar is-salarju tiegħu. Dyabal li jirritorna Turin għada, ma għandux xewqa li jħalli lil Juventus.

Jekk jilħaq ftehim ekonomiku, mistenni jkun hemm żvolta biex l-Arġentin jingħaqad mar-Red Devils u fuq in-naħa l-oħra, l-attakkant Belġjan Romelu Lukaku jingħaqad ma’ Juventus u b’hekk ikunu għelbu l-isfida ta’ Inter li ilhom interessati fih.

Manchester United iridu €85 miljun għal Lukaku filwaqt li għal Juventus Dybala jiswa €100 miljun. Għalhekk hu mistenni li jekk Dybala jingħaqad mat-tim Ingliż, Lukaku jmur maċ-champions Taljani flimkien ma’ €15-il miljun. Bħalissa Juventus qed jistennew jekk Manchester United u Dybala jsibux ftehim.