Din is-sena jaħbat l-għoxrin anniversarju mill-ewwel kunċert tal-Għaxaq Music Festival!
6 t’Awwissu – The Head Full of Dreams Show by Ultimate COLDPLAY
L-Għaxaq Music Festival jiftaħ nhar it-Tlieta, 6 t’Awwissu bil-grupp ingliż Ultimate Coldplay li ġie vvutat bħala l-aqwa tribute band fir-Renju Unit waqt it-2018 Tribute Awards. Ultimate Coldplay bdew iddoqqu fl-2017 fl-Ingilterra, u minn dakinhar qatt ma ħarsu lura għax daqqew f’kunċerti fully booked madwar l-Ewropa kollha.
Fil-preżent ser ikunu qed jikkrejaw l-atmosfera ta’ “A Head Full of Dreams” ta’ Coldplay permezz ta’ kostumi, azzjoni fuq il-palk u fuq kollox il-ħolqien ta’ dak il-ħoss mill-aktar distintiv ta’ Coldplay. Permezz ta’ Ultimate Coldplay ser inkunu qed ngħixu l-esperjenza tal-eċċitament kollu ta’ kunċert mill-Coldplay b’diski bħal ‘Yellow’, ‘The Scientist’, ‘Paradise’, ‘Adventure of a Lifetime’, ‘Sky Full of Stars’ u ħafna, ħafna aktar…
Dan l-avveniment jiftaħ it-triq għat-talent tal-artist kontemporanju malti Matthew James & Band (eks vuċi tal-band Red Electric), flimkien ma’ bosta artisti mistiedna oħra. Kif issa hi drawwa dażin is-serata hi fużjoni taħraq bejn l-aqwa artisti maltin u barranin. Lejla bħal din tikkonferma kemm dan il-festival isservi bħala pjattaforma tad-deheb għal bosta artist ġodda emerġenti, biex b’hekk inkomplu nagħtu s-sapport kollu tagħna lill-arti u lil-kultura f’pajjiżna.
7 t’Awwiss – SMOKIE
L-Erbgħa, 7 t’Awwissu. Jum speċjali. Smokie’s World Tour jerġà jasal fostna! Jaslu Malta wara 2018 mill-aktar impenjattiv, b’20% aktar ta’ kunċerti mill-2017. B’mawra f’20 pajjiż mxerrda fi tlett Kontinenti diversi, ċertament dan hu ritorn wisq mistenni lura fi gżiritna ta’ dan il-grupp rock ikona!
Li tkun sopravissut tad-dinja rock’n’roll hu bla dubbju konkwista. Li tkun top live band fl-Ewropa għal madwar 43 sena hi verament xi ħaġa fantastika. Iżda li tkun għadek mimli entużjażmu, friski u totalment iddedikati għall-mużika hu deċiżment miraklu!
Grupp li qed jiċċelebra 40 sena ta’ recordings u tours, prova ċara li Smokie żammew l-unur ta’ posthom mal-elite tar-rock’n’roll.
Smokie ser iddoqqu tracks mill-album il-ġdid EP live, u ser jagħtu lil fans Maltin iċ-ċans li jitpaxxew b’għażla ta’ klassiċi mill-aktar maħbuba! Isimhom biss hu garanzija ta’ rock ta’ kwalità tad-deheb u kariżma liema bħalu.
//= $special ?>