Lokali

Traffiku kbir fiż-zona tal-Kappara

Fl-aħħar ħin diversi persuni kkuntatjaw lil din il-Kamra tal-Aħbarijiet hekk kif diversi karozzi nqabdu f’traffiku kbir li hemm fiż-żona tal-flyover tal-Kappara.

Fir-ritratt jidher ċar il-karozzi mwaħħlin wara xulxin għal tul ta’ distanza mingħajr mezz ieħor ta’ direzzjoni biex wieħed jasal għad-destinazzjoni tiegħu.

Jidher li t-traffiku hu mwaħħal totalment mhux biss fil-Kappara, iżda wkoll fl-Imsida, Birkirkara, San Ġwann, San Ġiljan u l-Gżira. Mhux magħruf x’wassal għal dan it-traffiku kollu iżda kelliema għall-Pulizija kkonfermawlna li l-ebda inċident ma seħħ f’din iż-żona u b’hekk ingħalqet xi triq.

Wieħed hu mħeġġeġ biex jevita din iż-żona fejn hu possibli.