Futbol Sport

Dybala jirritorna l-Italja u Paratici jmur Londra

Paulo Dybala rritorna fl-Italja erbat ijiem qabel suppost biex jibda l-ħames staġun tiegħu ma’ Juventus iżda fl-istess ħin irid jitkellem mat-tmexxija tal-klabb hekk kif jidher li qed ikun involut fi skambju ma’ Romelu Lukaku. Dybala jidher li jifhem l-intenzjonijiet tal-kowċ Maurizio Sarri.

Intant id-Direttur ta’ Juventus Fabio Paratici mar Londra biex jiddiskuti ma’ Manchester United il-possibbiltà ta’ dan it-trasferiment. Dybala permezz tar-rappreżentanti tiegħu jidher li jrid garanziji mir-Red Devils li jkollu żieda fis-salarju tiegħu qabel jgħid iva filwaqt li Lukaku mistenni li jkollu tnaqqis fil-valur annwali tiegħu bi €17-il miljun. Is-suq tat-trasferimenti fl-Ingilterra jagħlaq fit-8 ta’ Awwissu.