Għaddas Żvizzeru miet tragikament wara li sab ruħu f’diffikultà fid-Dwjera.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fil-limiti ta’ San Lawrenz Għawdex.
Huma marru immedjatament fil-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li minn grupp ta’ tliet bugħaddasa, wieħed minnhom, Żvizzeru ta’ 56 sena, residenti Marsalforn, sab ruħu f’diffikulta’.
Huwa ttella’ fuq l-art minn wieħed mill-bugħaddasa stess. Fil-post issejħet ambulanza sabiex tassisti lill-vittma, iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.Il-Pulizija għadha għaddejja bl-istħarriġ tagħha fuq il-każ.