Lokali

Ikkonfiskati 7,200 sigarett tal-kuntrabandu u karozza f’operazzjoni mid-Dwana f’Ħ’Attard

Operazzjoni mit-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana lbieraħ waslet biex ġiet interċettata karozza ta’ bejjiegħ tas-sigaretti tal-kuntrabandu. Il-karozza twaqfet f’Ħ’Attard u nstabu fil-bagoll tagħha 2,740 sigarett tal-kuntrabandu.

Fi stqarrija d-Dwana qalet li l-uffiċjali tad-Dwana segwew l-operazzjoni tagħhom billi estendew it-tfittxija tagħhom fil-garaxx ta’ sid il-vettura li jinsab f’Tal-Pietà. Hemmhekk ġew elevati 4,460 sigarett ieħor tal-kuntrabandu, għal total ta’ 7,200 sigarett.

Id-Dipartiment tad-Dwana kkonfiska l-karozza u s-sigaretti kollha u se jipproċedi konra l-individwu skond il-liġi.