Il-Gvern qed jikser il-Kostituzzjoni meta jagħti liċ-Chairman tal-Awtorità tad-Djar jew xi ħadd nominat minnu li jidħol fi kwalunkwe fond privat biex jispezzjona, jieħu ritratti u jagħmel dak kollu li hemm bżonn biex jaqdi dmiru.
Dan joħroġ minn artiklu fl-abbozz ta’ ligi fl-Att dwar il-Kirjiet Residenzjali, b’dan id-dritt li hu mogħti wkoll fil-konfront ta’ min mhu jagħmel xejn ħażin.
Innotat dan il-Kamra tal-Kummerċ, b’Reginald Fava jiddikjara li jinsab ixxukkjat b’dak li jidher li hu ksur sfaċċat tal-Kostituzzjoni Maltija.
Fava, li kien parti minn Kumitat tal-Kamra tal-kummerċ li analizza l-proposta tal-Gvern, fakkar li bil-liġi, kull persuna f’pajjiżna għandu dritt għall-privatezza tiegħu iżda dak propost mill-Gvern imur għalkollox kontra dan.
Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li tittama li dan hu biss żball fil-mod kif inkiteb l-artiklu. Jekk le, tgħid li din il-proposta allura hi verament tal-mistħija.
//= $special ?>