Internazzjonali

Il-Korea ta’ Fuq ’tispara’ żewġ missili oħra

It-tieni azzjoni f'temp ta' ġimgħa

Eskalazzjoni tat-tensjoni fil-peniżola Korejana twassal biex il-Korea ta’ Fuq mill-ġdid tispara żewġ missili lejn il-baħar tal-Ġappun.

Rapporti internazzjonali qalu li din l-aħbar kienet konfermata mill-awtoritajiet tal-Korea t’ Isfel. Din l-azzjoni seħħet ftit jiem wara li ġranet ilu, fil-25 ta’ Lulju kien hemm azzjoni simili.

Dawn l-inċidenti jkomplu jżidu mad-dubji dwar il-proċess ta’ Paċi u de-nuklejarizzazzjoni kif diskussi bejn il-President tal-Korea ta’ Fuq u dak Amerikan, fl-għadd ta’ laqgħat li saru bejn iż-żewġ mexxejja.