Lokali

Inċident ieħor f’Ħal Luqa…fl-istess post

Iz-zona fejn seħħ l-inċident ta' Victor Caruana

Kmieni dalgħodu, sewwieq ta’ mutur kellu jittieħed l-Isptar wara ħabta ma’ karozza fi Triq Ġużeppi Ellul – fl-istess zona fejn ftit tal-jiem ilu weġġa’ l-anzjan Victor Caruana, anke hu b’mutur.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:30am, bil-vettura tkun misjuqa minn raġel ta’ 23 sena minn Ħal Luqa stess.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim ta’ paramediċi li waslu fil-post b’ambulanza, li ħaditu l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.