Lokali Qorti

Jammetti li kien kompliċi f’serqa mis-Suq tal-Belt

Żgħażugħ ta’ 23 sena wieġeb ħati li kien kompliċi f’serqa ta’ kważi €49,000 mill-istabbiliment burgers.ink fis-suq tal-Belt li seħħet it-Tnejn li għadda.

Kane Grima, li joqgħod il-Belt Valletta u jaħdem bħala xufier tat-taxi, kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet għall-ħelsien mill-arrest f’żewġ każi separati.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Nadine Lia, laqgħet it-talba tad-difiża biex isir pre-sentencing report, kif ukoll it-talba għall-ħelsien mill-arrest, hekk kif żammet f’moħħha li Grima ammetta u ikkoopera mal-pulizija.

Kane Grima ngħata l-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000 filwaqt li ġie ordnat jiffirma l-għassa tal-Belt darbtjen fil-ġimgħa.