Sport Waterpolo

Marsaskala jerġgħu jegħlbu lil Valletta

(Ritratt: Matthew Tabone)
Birżebbuġa fil-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni

VALLETTA VIDEOSLOTS………. 10 MARSASKALA FISH AND FISH………. 13

(4-4), (2-3), (2-1), (2-5)

Marsaskala Fish and Fish reġgħu għelbu lil Valletta Videoslots biex issa jinsabu tliet punti taħt il-Beltin. Finalment rebaħ l-aktar tim konċentrat u dixxiplinat b’Valletta jerġgħu jiddiżappuntaw hekk kif kienu konfużi fl-attakki tagħhom u l-kowċ Joe Sciortino għandu biċċa xogħol iebsa biex iġib lit-tim fil-kontroll tiegħu. Iż-żewġ barranin ukoll mhux qed jagħtu l-massimu tagħhom.

Peter Borg kien poġġa lil Valletta fil-vantaġġ iżda Marsaskala dawru l-iskor u marru 3-1 minn fuq b’gowls ta’ Luca Felice u doppjetta ta’ Konstantin Averka. Valletta wieġbu b’gowls minn Sasa Misic u l-veteran Charlie Zammit, b’Dmitri Kholod jerġa’ jġib id-draw wara l-gowl ta’ Jean Claude Cutajar.

Marsaskala kisbu vantaġġ doppju fit-tieni sessjoni b’Valletta jnaqqsu d-distakk darbtejn għal gowl minn Charlie Zammit u Ryan Mock, b’Max Aquilina jiskorja bejn iż-żewġ gowls biex Marsaskala daħlu jistrieħu b’vantaġġ ta’ gowl.

Il-Beltin irnexxielhom idawru l-vantaġġ b’azzjoni tajba ta’ Miguel Zammit u gowl mill-isbaħ ta’ Dmitri Kholod iżda Konstantin Averka ġab id-draw. Fl-aħħar sessjoni, doppjetta ta’ Averka u gowl ta’ Jean Claude Cutajar fetħu distakk li minnu Valletta ma rkuprawx, b’doppjetta ta’ Milakovic twieġeb għal gowl ta’ Peter Borg u Misic skorja lejn it-tmiem.

Valletta: R. Sciortino, J. Spiteri Staines, A. Agius, P. Borg (2), A. Bianchi, R. Mock (1), D. Paolella, M. Mifsud, C. Zammit (2), M. Zammit (1), D. Kholod (2), N. Farrugia, R. Bonnici, S. Misic (2), L. Gialanze

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (2), A. Camenzuli (1), M. Manara, M. Aquilina (1), L. Grixti, K. Navarro, K. Milakovic (3), K. Averka (5), J. Culic, R. Attard, D. Borg Millo, A. Muscat, L. Felice (1), J. Ciantar

Referees: Alex De Raffaele, Luca Castagnola

Petkovic irebbaħ lil Birżebbuġa fl-aħħar

BIRŻEBBUĠA FREEPORT……………… 13 OTTERS NIVEA………………. 12

(1-4), (4-2), (3-2), (5-4)

Birżebbuġa Freeport sabuha diffiċli aktar milli mistenni biex għelbu lil Otters Nivea. Huma l-maġġoranza tal-logħba minn taħt u kellu jkun gowl fl-aħħar ħames sekondi tas-solitu Antonio Petkovic li tahom ir-rebħa. Otters fl-assenza tal-kowċ Anthony Farrugia li jinsab mat-tim nazzjonali ta’ taħt il-15-il sena, kienu mmexxija mill-veteran Dean Camilleri.

Otters kellu bidu mill-aqwa u bnew vantaġġ doppju permezz ta’ Benji Lanzon u Aleandro Mifsud. Antonio Petkovic naqqas id-distakk iżda Claudio Spiteri Debarro u Dominique Zahra taw vantaġġ tajjeb ta’ 4-1.

Fit-tieni sessjoni, Birżebbuġa tjiebu u kellhom aktar pussess fl-attakk. Minkejja dan, Otters daħlu jistrieħu 6-5 minn fuq. Milos Filipovic wieġeb għal David Cutajar iżda Birżebbuġa naqqsu d-distakk b’xutt b’saħħtu ta’ Antun Goreta u penalty ta’ Antonio Petkovic. Aleandro Mifsud irdoppja l-vantaġġ iżda Christian Mifsud reġa’ naqqas id-distakk għal gowl.

Birżebbuġa rnexxielhom iġibu d-draw darbtejn biex bdew l-aħħar sessjoni 8-8. Mattias Ortoleva u Antonio Petkovic kienu rkupraw l-iżvantaġġ wara li Ferenc Salamon kien għamel l-iskor 8-6. Claudio Spiteri Debarro fis-centre poġġa lil Otters minn fuq iżda David Cutajar reġa’ ġab id-draw.

Otters marru fil-vantaġġ tliet darbiet fl-aħħar okkażjoni iżda Birżebbuġa bdew jiskorjaw mill-ewwel. Dan sakemm David Cutajar poġġa lil Birżebbuġa fil-vantaġġ għall-ewwel darba b’minuta u nofs għat-tmiem. Otters dehru li se jsalvaw punt b’gowl ta’ Luke Hyzler minn man-up doppju wara anki konfużjoni li nqalgħet. Iżda Petkovic kellu ħsibijiet oħra u skorja l-gowl tar-rebħa b’xutt għar-rokna.

Birżebbuġa: D. Spiteri, M. Borg, N. Cassar (1), D. Paci Lupi, C. Mifsud (1), A. Petkovic (6), S. Vassallo, D. Cutajar (3), J. Bajada, L. Borg, A. Goreta (1), M. Ortoleva (1), J. Cremona, C. Farrugia, L. Abela

Otters: M. Xerri, C. Spiteri Debarro (2), F. Salamon (1), L. Hyzler (2), E. Meli (1), M. Lanzon, G. Mizzi, D. Dimech, A. Mifsud (2), D. Zahra (1), B. Lanzon (2), M. Filipovic (1), D. Camilleri

Referees: Ronnie Spiteri, Antonio Guarracino