Lokali

“Opportunità fejn kulħadd mistieden jagħti sehmu”

Din hi opportunità li fiha kulħadd huwa mistieden biex jaħti sehemu għat-tiġdid tal-Partit Nazzjonalista.

Dan sostnih Louis Galea, il-persuna magħżula biex imexxi r-riforma fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, waqt li kien qed jiġi intervistat mill-avukat Roberta Bonello fil-programm Magħkom – intervista li fiha Louis Galea tkellem dwar din r-riforma li hija bżonnjuża; tibdil li fil-ħajja tagħna regolarment irridu nagħmlu.

Organizzazzjojnijiet politiċi jridu jkunu l-ħin kollu ppreparati biex jassguraw li dak kollu li hu afdat lilhom ikun aġġornat, sostna Louis Gelea.

Huwa saħaq li r-riforma mhux se jagħmilna waħdu; iridu jagħmluha d-deputati, il-membri tal-kumitati, it-tesserati u ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha.

Louis Galea saħaq li fir-riforma tal-Partit irid l-appoġġ taż-żgħazagħ u tan-nisa. Il-PN jrid jerġa’ jkun partit ta’ ideat differenti. Sostna li finalment iridu jkunu n-nies li jġibu l-bidla u jaħdmu fi spirtu ta’ tim.

Biex il-PN isir aktar relevanti u attiv għall-bżonnijiet tas-soċjetà Maltija, se jingħaqad tim dinamiku sabiex jaħdem id f’id ma’ Louis Galea f’din ir-riforma poltika ħolistika. Foresight AŻAD huwa kunċett tal-ġid komuni – fejn wieħed jagħti każ lin-nies ta’ madwaru.

Louis Galea sostna li l-politiċi jeżistu biex ikunu fil-Gvern imma mhux biss. Jeżistu wkoll biex bil-valuri u l-ideat tagħhom ikunu d-dawl għall-bqija tal-popolazzjoni.

Huwa sostna li s-social media daqs kemm tagħmel ġid tista’ tagħmel ħsara. In-nies hemm bżonn jindunaw li meta jużaw s social media ħażin qed jagħmlu ħsara lill-Kap tal-PN Adrian Delia kif ukoll lill-Partit Nazzjonalista.

Louis Galea temm jgħid li flimkien irridu niddeċiedu liema tip ta’ żerriegħa rridu niżirgħu għall-ġid tal-Partit u finalment għall-ġid ta’ Malta.