Lokali

Raġel ferut wara inċident f’Tal-Qroqq

Raġel ta’ 32 sena minn Raħal Ġdid spiċċa ferut wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli – it-triq f’Tal-Qroqq mir-roundabout tal-Kappara direzzjoni lejn l-Universita’.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:15am, meta għal xi raġuni s-sewwieq baqa’ dieħel f’makkinarju li kien qed jintuża’ waqt xogħlijiet li kienu għaddejjin f’din l-istess triq.

Il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhix magħrufa.