Pajjiżna qala’ tifħir kbir minn esponenti qrib SS Lazio, is-soċjetà tal-futbol fl-Italja, grazzi għal attività suċċess organizzata minn Lazio Club Malta.
Waqt serata f’ristorant f’Tas-Sliema, fejn kienet esebita wkoll il-Coppa Italia mirbuħa minn Lazio fuq Atalanta, il-kantawtur Toni Malco saħansitra ddikjara li Lazio għandha bżonn ferm iktar nies bħall-President tal-klabb lokali, Edward Psaila.
Toni Malco, li hu l-awtur tal-innu Vola Lazio Vola, faħħar lil Psaila u lill-kumplament tal-esponenti tal-klabb għall-ħidma kontinwa li jwettqu għall-partitarji Lazjali f’Malta.
Għal din l-attività attenda wkoll Luigi Sinibaldi, il-vuċi uffiċjali tal-istazzjon Lazio Style. Hu wkoll kellu kliem ta’ tifħir għall-organizzazzjoni u fuq kollox l-attendenza numeruża.
Il-klabb diġa beda jaħdem fuq attivitajiet oħra u fuq kollox il-ħolma li jġib lejn Malta plejers u eks plejers ta’ Lazio.
//= $special ?>