Ħafna ħaddiema barranin qed jitħaddmu bil-€5 fis-siegħa, b’mod speċjali fis-settur tal-kostruzzjoni. Din iċ-ċifra hi ferm inqas minn dak li qed jaqilgħu haddiema oħra.
Iddikjara dan il-Kap Ezekuttiv tal-Fondazzjoni ghas-Servizzi ta’ Ħarsien tas-Socjetà, Alfred Grixti waqt seminar organizzat fil-Jum Internazzjonali kontra t-Traffikar tal-Persuni.
Alfred Grixti enfasizza l-bżonn li ħaddiema li jigu minn barra minn Malta jaħdmu b’mod legali, u qal li din hi soluzzjoni principali biex tiġi megħluba din il-problema. Waqt li ħares lejn is-sena li ghaddiet, Grixti nnota li 60% tal-vittmi li gew assistiti mill-FSWS kienu nisa, u ċ-ċifri huma ddominati mill-Ukreni, bi 23 vittma.
Kien hemm ukoll 17-il persuna mill-Filippini, 4 mill-Mauritius u persuna kull wiehed min-Nepal, Moldova, Pakistan u r-Rumanija. Fost ohrajn semma’ kaz ta’ grupp ta’ Filippini li, wara li ħarġu minn cirku ta’ traffikar, qattghu xejn inqas minn hames xhur taht il-ħarsien tal-FSWS.
Uffiċjal minn Identity Malta saħansitra ddikjara li ż-żieda fil-ħaddiema barranin f’Malta żiedet ukoll ir-riskju ta’ sfruttar u traffikar ta’ umani.
Sa tmiem l-2018 pajjizna kellu 20,499 barranin jaħdmu – bin-numru ma jinkludix ċittadini ta’pajjizi terzi li jgawdu minn protezzjoni unmanitarja, ċittadini Ewropej u familthom u barranin oħra li qed jgħixu llegalment f’Malta, u l-awtoritajiet ma jafux bihom.
//= $special ?>