Żagħżugħ sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut fi ġlieda. L-inċident seħħ fi Triq San Ġorġ, Paceville għall-ħabta tal-5:30am.
Skont stqarrija tal-pulizija, iż-żagħżugħ li għandu 29 sena u hu mill-Eritrea kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Għaldaqstant, il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kienet seħħet ġlieda bejn numru ta’ persuni.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>