Lokali

Żieda fil-prezz tal-fjuwils

L-Enemed tħabbar li b’effett mil-lum, l-1 ta’ Awwissu, se jkun hemm żieda fil-prezz tal-fjuwils. Iż-zieda se tkun ta’ 5 ċenteżmi.

• Il-prezz tal-Petrol magħruf bħala E-Unleaded se jitla’ minn €1.36 kull litru għal €1.41 kull litru

• Il-prezz tad-Diesel magħruf bħala E-Diesel se jitla’ minn €1.23 kull litru għal €1.28 kull litru

• Il-prezz tal-Petrol Super magħruf bħala E-Power Petrol se jitla’ minn €1.51 kull litru għal €1.56 kull litru

• Il-prezz tad-Diesel Super magħruf bħala E-Power Diesel se jitla’ minn €1.33 kulllitru għal €1.38 kull litru

Din iż-żieda fil-prezz tal-fjuwil tasal fi żmien meta l-prezz internazzjonali taż-żejt huwa ta’ 57 ewro kull barmil – wiehed mill-anqas livelli f’dawn l-aħħar għaxar snin.

Dan meta fi żmien Gvern Nazzjonalista Joseph Muscat kien jikkritika bl-addoċċ il-prezz tal-fuels ta’ dak iż-żmien, meta ż-żejt kien jiswa’ aktar mid-doppju ta’ dak li hu llum.

Ta’ min wieħed ifakkar li meta l-Gvern Laburista kien raħħas il-prezz tal-fjuwil b’żewġ ċenteżmi, kien għamel konferenza stampa fejn b’ħafna pompa kien ħabbar dan it-tnaqqis ta’ żewġ ċenteżmi.

Issa…li l-petrol u d-diesel żdiedu b’ħames ċenteżmi….Muscat għażel li jinħeba mill-media u ma sejjaħ ebda konferenza tal-aħbarijiet.

Tags