L-attakkant Taljan ta’ 21 sena Luca Celotto ħalla pajjiżna u rritorna fl-Italja, fejn se jilgħab għal A.S.D Taggia 97, li jilgħabu fis-Serie D, r-raba kategorija tal-futbol Taljan fejn fl-istaġun li ġej se jilgħabu fi Grupp A. Taggia huwa vilaġġ żgħir fil-Liguria, b’popolazzjoni ta’ 14,000 abbitant.
Celotto kien ilu f’Malta sa mill-2017 meta ngħaqad ma’ Hamrun Spartans Football Club fil-Kampjonat Premier. Qabel il-bidu tal-istaġun li għadda hu kien ħalla dan il-klabb għal esperjenza ma’ Mqabba FC. Dan se jkun ritorn għal Celott f’pajjiżu, fejn kien lagħab għal S.S.D. Argentina Arma u A.S.D. Imperia 1923.
U l-jiem li ġejjin mistennija jkunu determinanti għall-midfielder ta’ 28 sena Lee Agius hekk kif irid jagħżel bejn żewġ offerti minn klabbs tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni u oħra mit-Tieni Diviżjoni.
Kien f’Mejju li għadda li Replay (Net Television)żvela li Agius se jħalli lil Siggiewi FC wara li l-esperjenza tiegħu ma’ dan il-klabb bdiet f’Jannar li għadda.
Sadanittant l-eks plejer ta’ Vallettafost oħrajn Dyson Falzon irtira mill-fubol milgħub fl-eta ta’ 33 sena. Falzon ġie akkwistat minn Valletta fl-istaġun 2006/2007 mingħand Mosta u kien wieħed mill-plejers importanti għal 6 staġuni konsekuttivi li matulhom rebaħ 3 darbiet il-kampjonat, darba l-F.A Trophy u darbtejn is-Super Cup.
Matul dan il-perjodu huwa kellu esperjenza qasira b’self ma’ Hamrun Spartans fl-istaġun 2010/2011. Fl-istaġun 2011/2012 reġa rritorna mal-Mostin b’self. Huwa baqa jiġi misluf għand Mosta sal-istaġun 2015/2016 sakemm fl-istaġun 2016/2017 ingħaqad ma’ Gzira United. li kienu neo-promossi fil-Kampjonat Premier wara li l-istaġun ta’ qabel kienu champions tal-Ewwel Diviżjoni.
//= $special ?>