Internazzjonali

FILMATI: Ħsara f’park tal-ilma tikkaġuna ‘tsunami’: 44 midruba

Dik li kellha tkun ġurnata rilassanti f’park tal-ilma spiċċat f’xeni ta’ paniku. L-inċident seħħ fil-park tal-ilma Yulong Shinyun fit-Tramuntana taċ-Ċina.

Skont kelliema uffiċċjali, jidher li l-inċident seħħ minħabba ħsara fil-makkinarju f’pixxina li jiġġenera l-mewġ. Għal xi raġuni inħolqot mewġa għolja ħafna deskritta “qisha tsunami” li kaxkret lil għexieren li nies li kienu qed jgħumu dak il-ħin.

Madwar 44 persuna indarbu f’dan l-inċident. Fortunatament il-ġrieħi kienu jikkonsistu fi qtugħ u brix fejn l-iktar każi serji kienu ta’ ksur ta’ dirgħajn u kustilji.