Edukazzjoni Lokali

Il-KNŻ dizappuntat dwar in-nuqqas ta’ konsultazzjoni mal-istudenti

Il-Kunsill Nazzjonali taz-Żgħażagħ jinsab diżappuntat li fid-diskussjonijiet dwar ir-riforma tal-MATSEC ma kien hemm l-ebda rappreżentanza ta’ żgħażagħ – riforma li l-aktar dokument riċenti li jaf bih il-Kunill kien ippubblikat fl-2017, u jirrerefi għal Grupp ta’ ħidma li kien tlaqqa’ lura fl-2015.

Il-KNŻ qal li l-involviment taż-żgħażagħ f’dawn id-diskussjonijiet huwa kruċjali, u għandha tittieħed inkonsiderazzjoni anke fl-istadju ta’ ġbir ta’ data dwar dan is-suġġett.

Il-Kunsill ikkritika wkoll il-mistoqsijiet li saru lill-focus groups fejn jitqajjem dubji dwar jekk l-informazzjoni miġbura tirriflettix dak li l-istudenti verament iridu mis-sistema edukattiva.

Huma qalu li kien ikun għaqli kieku inħoloq sottokumitat fi ħdan grupp ta’ ħidma sabiex ikunu involuti l-istudenti.

Il-KNZ qal li d-dokument ma jispeċifikax jekk twaqqfux focus groups ġodda biex jiddiskutu din ir-riforma mal-gruppi ta’ studenti li se jintlaqtu mit-tibdil fl-ezamijiet.

L-istqarrija titkellem ukoll dwar l-idea li tiddaħħal lingwa barranija oħra bħala rekwiżit għad-dħul fl-Università fejn kritikat din l-idea għax qalet li riforma bħal din tista’ tippenalizza lil bosta studenti li jsibuha diffiċli jitgħalmu lingwi barranin.

Il-KNŻ faħħar inizzjattivi oħra li ilhom li ġew proposti, u temm l-istqarrija billi qal li jemmen bis-saħħa li riformi effettivi jeħtieġu kollaborazzjoni kostanti mal-istudenti.

B’hekk biss jista’ verament jintlaħaq l-aħjar tas-sistema edukattiva.