Lokali

Jingħataw is-sentenza tal-mewt wara li nstabu ħatja għall-qtil ta’ Formosa

Grupp ta’ rġiel, inkluż uffiċjal tal-Pulizija, ingħataw is-sentenza tal-mewt mill-Qorti militari Somala wara li nstabu ħatja li qatlu lill-Malti Paul Anthony Formosa – assassinju li seħħ fi Frar li għadda fil-port ta’ Bosaso fis-Somalja.

Formosa li kellu 52 sena kien inqatel f’attakk minn militanti li ppużaw ta’ sajjieda. Huwa kien impjegat bħala manager mal-kumpanija P&O li tmexxi l-port ta’ Bosaso.

Il-website Somala Gaore Online rrappurtat li b’kollox ġew akkużati bl-omiċidju ta’ Formosa, 11-il raġel u mara. Jidher li l-mara ngħatat sentenza ta’ għomor il-ħabs.

Il-grupp militanti Al-Shabaab kien ħa responsabiltà tal-attakk li fih inqatel Formosa.

Paul Anthony Formosa (Xellug)