L-Assoċjazzjoni Maltija tal-għawm, l-ASA qed tistudja l-possibilita’ u tgħarbel jekk Martino Abela, l-player ta’ Ortigia, li jilgħabu fil-kampjonat Taljan tas-Serie A jikkwalifikax biex jilgħab mat-tim nazzjonali Malti.
Mistoqsi fuq il-fatt fejn anke nazzjonijiet barranin, fosthom iċ-Champions Dinija l-Italja jfittxu talent mill-Ewropa, biex jissaħħu. Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Karl Izzo wieġeb fil-pożittiv, u qal li Abela huwa plejer interessanti u li jista’ jkun li għandu xi parentela Maltija..
“Martino Abela huwa plejer validu ta’ 26 sena, fi Sqallija u jaf għandu parentela Maltija u qed nagħmlu l-verifiki tagħna biex naraw jekk dan jikkwalifikax biex jilgħab ma’ Malta. “Huwa plejer tajjeb li twieled Katanja li jilgħab fl-aħjar kampjonat dinji, pero rridu naraw”, qal il-kowċ ta’ Malta.
//= $special ?>

