It-tim nazzjonali Malti temm l-impenji tiegħu fi Grupp B tal-EuroHockey III b’telfa ta’ 5-2 kontra l-Kroazja. It-tim Malti tilef 6-0 kontra l-Portugall u 3-1 kontra s-Slovakkja fil-logħbiet preċedenti. It-tim Malti spiċċa l-aħħar fil-grupp u fadallu jilgħab kontra t-Turkija u l-Litwanja li spiċċaw it-tielet u r-raba’ fi Grupp A.
Minkejja r-riżultat finali, Malta kellha l-aqwa prestazzjoni mit-tliet logħbiet, kontra tim li kien għadu ġej minn rebħa ta’ 7-0 u 5-0 kontra s-Slovakkja u l-Portugall. Il-plejers Maltin bdew jagħfsu lill-avversarji għoli u kienu ffukati għal ħafna ħinijiet.
Ivan Bagur u Anze Fujs taw vantaġġ lit-tim Kroat fl-ewwel perjodu b’gowls fid-disa’ u l-14-il minuta rispettivament. Pavel Markovic għamilhom tlieta minuta minn tmiem it-tieni taqsima. Filip Zlimen kompla jkabbar l-iskor fis-36 minuta minn penalty korner, b’Ivan Bagur jiskorja t-tieni gowl personali u l-ħames wieħed għal pajjiżu fit-43 minuta.
Malta tal-anqas irnexxielha tiskorja l-ewwel gowls f’dan it-tournament permezz ta’ Keith Bajada fil-bidu tal-aħħar perjodu, b’Juan Sarcia jiskorja minn penalty lejn tmiem il-logħba.
//= $special ?>