Partijiet kbar ta’ Manchester u Cheshire jinsabu għal kollox mgħerqa wara li l-ammont ta’ xita li ssoltu tinzel f’xahar, niżlet f’24 siegħa biss – dan kkawża għargħar serju madwar ir-reġjun.
Toroq prinċipali bħal dawk għall-ajruport kellhom jiġu magħluqa…. bil-pulizija qed tħeġġeġ lin-nies biex ma jinjorawx is-sinjali, peress li l-Aġenzija għall-Ambjent għad għandha twissijiet ta’ għargħar li jkopru ċ-ċentru, il-majjistral u l-grigal tal-Ingilterra.
Ammont kbir ta’ djar ġew evakwati u l-familji kienu sfurzati jqattgħu l-lejl f’akkomodazzjoni ta’ emerġenza, b’ċentru li twaqqaf fil-Poynton Civic Hall u ċ-Ċentru tat-Tfal Oakenclough.
Hemm ukoll għeluq ta’ karreġġjati importanti għal dawk li jidħlu jew joħorġu minn Machester fosthom l-M60 li bħalissa tinsab taħt l-ilma.
L-għargħar affetwa il-linji kollha tal-ferrovija bejn l-Ajruport ta’ Manchester u Wilmslow.
Poynton Fire Station qal li intervjenew fuq aktar minn 20 inċident, u salvaw mill-inqas 11-il persuna mill-għargħar.
//= $special ?>