Matthew Camilleri kiseb il-midalja tal-bronż fil-Logħob Ewropew tal-Masters li saru f’Turin. F’din l-edizzjoni kien hemm b’kollox 29 sport li fihom l-atleti ta’ aktar 35 sena jew aktar ipparteċipaw. Fost dawn l-isport ipparteċipa l-weightlifter li ħa sehem fil-kategorija ta’ dawn bejn il-35 u d-39 sena.
Camilleri li għalaq 35 sena f’Jannar li għadda, ikkompeta fil-kategorija tad-89 kilo. Hu spiċċa t-tielet bi snatch ta’ 105kg, clean and jerk ta’ 130kg għal total ta’ 235kg. L-Ukren Yevhen Kuziashev rebaħ il-kompetizzjoni bi snatch ta’ 133kg u clean and jerk ta’ 163kg filwaqt li Arkadiusz Borecki tal-Polonja temm it-tieni bi snatch ta’ 112kg u clean and jerk ta’ 132kg.
//= $special ?>