Internazzjonali Lokali

Mblukkati 40 immigrant barra mill-kosta tal-Italja

Vapur ta’ salvataġġ tal-karità mmexxi mill-NGO Ġermaniża Sea-Eye ġie mblukkat barra l-ibħra territorjali Taljani l-Ħamis b’40 immigrant abbord, wara li l-ministru tal-intern Taljan pprojbixxih milli jidħol.

Il-Ministru għall-Intern tal-Gvern Taljan, Matteo Salvini akkuża dan l-att ta’ salvataġġ bħala wieħed ta’ provokazzjoni.

Hu qed jgħid li din l-operazzjoni saret ferm eqreb tat-Tuneżija milli Lampedusa, u għalhekk skont Salvini dawk salvati għandhom jittieħdu hemm.

L-Alan Kurdi baħħar lejn it-tramuntana mill-ibħra Libjani matul il-lejl u waqaf barra l-gżira Taljana l-Ħamis.

Madanakollu t-Tuneżija ma tistax titqies bħala port sigur minħabba li ripetutament imblukkat lill-immigranti fuq il-baħar.

Savini waqqaf vapur tal-gwardja tal-kosta Taljana barra minn Lampedusa l-ġimgħa l-oħra, u ħalla lill-immigranti jiżbarkaw fi Sqallija nhar l-Erbgħa biss… wara ftehim mal-knisja Taljana u ħames pajjiżi Ewropej.

Skont Sea-Eye, abbord l-Alan Kurdin u salvati kien hemm numru ta’ imigranti fosthom raġel bi ġrieħi ta’ sparatura, tliet itfal u mara tqila. Fuq l-istess bastiment kien hemm tnejn li salvaw l-isplużżjonijiet ta’ bombi f’ċentru ta’ detenzjoni Tripli f’Lulju.

L-Alan Kurdi salva 109 immigranti barra l-Libya, matul l-aħħar ġimgħat… immigranti li waslu Malta.

Ftit jiem qabel, NGO oħra – Sea-Watch – waqfet l-immigranti f’Lampedusa wara li ddeċidew li dawk salvati kienu qed joħolqu periklu għalihom infushom u oħrajn wara tul ta’ żmien fuq il-baħar.

Il-Kaptan tas-Sea-Watch, Carola Rackete, kienet arrestat iżda inħelset ftit tal-ġranet wara pero l-vapur inżamm mill-pulizija għal aktar investigazzjoni.