Lokali Qorti

Sentenza sospiża wara li spara arma finta

Raġel Serb ingħata sentenza ta’ 15-il xahar ħabs sospiżi għal 3 snin wara li waqt li kien fis-sakra spara arma tan-nar finta fil-Qawra.

Draskovic Micos magħruf ukoll bħala Mirka Horvat kien arrestat fit-28 ta’ Lulju li għadda f’San Pawl il-Baħar. Huwa tressaq il-Qorti akkużat li ġarr fuqu arma tan-nar mhux reġistrata, li għamel ħsara volontarja, li kien fis-sakra f’post pubbliku u li kiser il-paċi pubblika.

Il-Prosekuzzjoni immexija mis-Supretendent Mario Haber spjegat kif dakinhar Micos spara lejn karozza pparkjata.

Hu ammetta l-akkużżi kollha miġjuba kontrih. Wara li ħadet inkonsiderazzjoni li l-akkużat ammetta mal-ewwel, il-Maġistrat Josette Demicoli kkundannatu 15-il xahar ħabs sospiżi għal 3 snin.