Lokali Saħħa

Aktar mediċini out of stock

Tkompli l-problema tal-mediċini out of stock. Dan hekk kif persuni li tkellmu ma’ netnews qalulna li l-pilloli Perindopril 4mg, ilhom out of stock għal dawn l-aħħar xahar u nofs. Dawn huma pilloli li jintużaw minn dawk li jbatu minn pressjoni għolja.

Minħabba li l-Perindopril huma out of stock, issa l-pazjenti qed ikollhom jirrikorru għal mediċina alternattiva li tiswa iktar flus minn dik li kienu jixtru qabel.