Lokali

Aktar persuni jispiċċaw jorqdu barra

Ritratti li kiseb Net News fl-aħħar sigħat juru nies reqdin barra f’gazebo li tinsab fil-ġnien tal-marina f’Tal-Pieta’ – persuni li mhux darba jew tnejn kellhom iqattgħu l-lejl tagħhom f’dan il-ġnien.

Residenti u nies li jiffrekwentaw iz-zona qalulna li din mhix l-ewwel darba li raw persuni reqdin f’din il-gazebo partikolari, iżda dan l-aħħar din qed tkun xena frekwenti.