Internazzjonali

Diversi persuni f’riskju f’Derbyshire

Ħidma bla waqfien tinsab għaddejja minn Membri tal-Protezzjoni Ċivili ġewwa Derbyshire hekk kif bdiet ċċedi diga wara ħsara li ġrat minn xita qawwija fiż-żona.

Madwar 1,500 residenti ġew evakwati l-Ħamis minħabba biża’ li ħajjithom kienet f’riskju.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili neħħew kemm felħu ilma f’attentat li jitneħħa mat-300 miljun gallun ta’ ilma. Dan filwaqt li b’ħelikopter bdew jitniżżlu ammont ta’ basktijiet mimlijin ramel biex jevitaw milli jidħol iktar ilma.