Lokali

Fi tliet snin, il-vetturi f’pajjiżna żdiedu b’aktar minn 42,500

Sa Ġunju ta’ din is-sena, il-vetturi reġistrati f’pajjiżna kienu jammontaw għal 391,914 – żieda ta’ 3.3% fuq l-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet.

Dawn iċ-ċifri ingħataw mill-NSO fi statistika li nħarġet aktar kmieni matul il-ġurnata fejn jirriżulta li mill-2016 ‘l hawn il-vetturi żdiedu b’xejn anqas minn 42,528.

Mit-total ta’ vetturi fit-toroq tagħna, 78% huma karozzi privati, filwaqt li 13.6% huma vetturi kummerċjali. Il-muturi u l-quadbikes jammontaw għal 7.6%.

Mill-vetturi li ġew reġistrati fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, nofshom kienu second hand. F’dan l-istess perijodu, kuljum ġew reġistrati 82 vettura addizzjonali fit-toroq ta’ pajjiżna.