Red Bull spiċċaw fl-ewwel żewġ postijiet fit-tieni sessjoni ta’ prattika fiċ-ċirkwit ta’ Hungaroring, iżda x-xita li għamlet waqt is-sessjoni assigurat li se jkun hemm aktar mistoqsijiet milli tweġibiet f’dan l-aħħar Grand Prix qabel il-waqfa tas-sajf. Fil-perjodu li ma għamlitx xita fis-sessjoni qabel, Pierre Gasly għamel l-aktar ħin veloċi ta’ 1:17.854 fuq tyres soft biex spiċċa 0.055 qabel Max Verstappen li kien qed isuq bit-tyres medium.
Iżda għalkemm Lewis Hamilton għamel it-tielet l-aħjar, hu spiċċa 0.141 wara Gasly bit-tyres iebsin, sinjal tal-potenzjal tal-karozza Mercedes. Hamilton għamel l-aħjar ħin fl-ewwel sessjoni filgħodu. Valtteri Bottas kien ir-raba’ l-aktar veloċi, hekk kif ix-xita żiedet mal-ħin u għalhekk ftit kellu ħin biex jagħmel ħin aħjar. Hu tilef l-ewwel sessjoni minħabba bidla fil-magna.
Alexander Albon ta’ Toro Rosso ħabat fl-aħħar kantuniera fil-bidu tal-ewwel sessjoni wara li tilef il-kontroll minħabba li kellu rota fuq il-ħaxix. It-Tajlandiż ma weġġax fl-inċident u ngħata l-konferma mit-tim mediku tal-Formula 1. Red Bull u Mercedes jidhru li se jikkompetu għar-rebħa iżda l-forma ta’ Ferrari kienet aktar diffiċli biex tittieħed kopja. Charles Leclerc spiċċa s-seba’ waranofsinhar filwaqt li Sebastian Vettel temm fit-13-il post, minkejja li t-tnejn għamlu ftit dawriet f’ċirkwit xott.
It-tbassir tat-temp f’Budapest għal-lum qed jindika li jista’ jkun hemm aktar xita, minkejja li għat-tellieqa ta’ għada t-temp jista’ ma jarax xita.
//= $special ?>