Għal darb’oħra fil-Bajja ta’ Fomm ir-Riħ reġgħu nstabu karkassi ta’ annimali mejta, sena wara li fl-istess post instabu żewġ pitbulls maħqura u mejta.
Ir-ritratti li waslulna juru dik li tidher bħala tajra mejta u kollox jindika li impossibbli waslet hemm waħidha. L-indikazzjonijiet huma li din inxteħtet għal isfel lejn il-bajja.
Persuni li tkellmu magħna u li jiffrekwentaw dawn l-inħawi qalulna li dawn mhux l-uniċi episodji simili u jidher li l-bajja qed issir il-post fejn min irid jeħles minn xi annimal, jarmieh hemm bla ma jagħti fl-għajn.
//= $special ?>