Il-UĦM diġà ġibdet l-attenzjoni fuq iż-żidiet li tħabbru riċentament fil-prezzijiet tal-ħalib, tal-ħobż u tal-fuels – tliet prodotti essenzjali li żdiedu sostanzjalment.
Fil-każ tal-fuels il-union qed titlob spjega ta’ kif l-Enemed qed tasal għall-prezz finali għall-konsumatur. Il-Gvern injora wkoll proposta ta’ din il-union sabiex jagħti kumpens għall-għoli tal-ħobż.
Fid-dawl li issa żdiedu prezzijiet fuq tliet kommoditajiet essenzjali, il-Gvern għandu jieqaf jinjora din il-union u jagħti widen lill-familji Maltin li ntlaqtu ħażin minn dawn iż-żidiet, l-aktar dawk li għandhom dħul baxx u dawk b’paga medja. Waqt li l-paga medja nett f’Malta hija ta’ 33 fil-mija taħt il-medja Ewropea, żgur li l-prezzijiet lokali għall-konsumatur Malti mhumiex 33 fil-mija irħas tal-medja Ewropea.
Din il-union tħeġġeġ lill-Gvern sabiex bl-aktar mod immedjat jikkumpensa lill-ħaddiema, il-familji tagħhom u l-pensjonanti permezz ta’ mekkaniżmu miftiehem mal-imsieħba soċjali. Jekk il-Gvern jerġa’ jinjora dan l-appell li għamlet din il-union, dan ikun ifisser li l-ħaddiema ma jingħatawx kumpens f’dan il-Budget li ġej imma fil-Budget għall-2021.
//= $special ?>