Ambjent Ekonomija Lokali

Il-Partit Nazzjonalista bi proposti ċari għall-pajjiż – Adrian Delia

Il-Partit Nazzjonalista għandu proposti ċari għal pajjiżna fosthom fis-setturi tal-ambjent, l-edukazzjoni u l-ekonomija. Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt li kien qed jiġi intervista minn Saviour Balzan fil-programm Xtra Sajf.

Adrian Delia sostna li f’pajjiżna l-ambjent qatt ma qala’ daqskemm qala’ llum. U hemm bżonn li pajjiżna jibda jħaddar mill-ġdid fejn innaqsu l-konġestjoni tat-traffiku u nżidu iktar siġar.

Fil-qasam tal-edukazzjoni, il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalsita hi li niskopu t-talent f’kull persuna. Sistemi fejn nuru lit-tfal tagħna li kapaċi jbiddlu pajjiżna u ngħarfu t-talenti tagħhom.

Bħala pajjiż hemm bżonn li jkollna ekonomija li tuża l-potenzjal tan-negozju u ma niddependux fuq settur wieħed biss. B’hekk biss nistgħu inħarsu l-ġid komuni u jkollna r-ruħ soċjali; dan iwassal biex f’pajjiżna jonqos il-faqar u ma jibqax nies li jħarsu lejn l-aħħar tax-xahar bil-biża’ u mhux bit-tama. Dawn in-nies għandhom ikollhom id-dritt li jgħixu u jkollhom saqaf fuq rashom.

Meta tkellem dwar il-vot li sar fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Adrian Delia saħaq li kienx biss hu li rebaħ iżda kien il-Partit Nazzjonalista kollu li rebaħ. Dan għaliex għall-aqwa ġid tal-partit, kien hemm bżonn li ssir din il-votazzjoni biex il-partit ikun jista’ jimxi ‘l quddiem.

Saħaq li huwa ma ħariġx jifraħ għax gab iktar minn żewġ terzi tal-voti, anzi issa jisab determinat li jibda ħidma biex jikkonvinċi u jipperswadi lit-terz tal-votanti li vvutaw differenti biex il-Partit ikun magħqud.

Adrian Delia sostna li Louis Galea huwa persuna li għad fadallu ħafna x’jikkontribwixxi lejn il-politika, persuna li jgawdi l-fiduċja ta’ kulħadd… għalhekk kien il-persuna ideali biex imexxi r-riforma politika fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.

Il-Kap tal-PN qal li l-polz tan-nies qed jurih li hemm bżonn li jmexxi u juża din l-okkażjoni biex jittieħdu d-deċiżjonoijiet kollha bżonnjużi għax fil-pajjiż mhux miexi kollox ward u żahar, għalhekk hemm bżonn li jkun hemm Oppożiżżjoni b’saħħitha.

Adrian Delia saħaq li għall-ġid tal-Partit Nazzjonalista, id-deċiżjonijiet kollha kemm faċli kif ukoll dawk diffiċli jridu jittieħdu. Fejn hekk kritika kostruttiva rridu nitgħallmu minnha. Huwa qal li wara dan ir-riżultat tal-Kunsill Ġenerali, il-bieb huwa miftuħ beraħ għal dawk kollha li jridu b’rieda tajba jaħdmu għall-ġid tal-Partit. Tenna wkoll li però min ifixkel hemm bżonn li jitwarrab… għall-ġid tal-PN.

Mill-Oppożiżżjoni, il-Partit Nazzjonalista hemm bżonn li jkun ta’ alternattiva għall-Gvern preżenti. Adrian Delia sostna li huwa tajjeb li l-Oppożizzjoni tikkritka u topponi il-ħidma tal-Gvern, iżda hemm bżonn li l-Partit jagħmel awtokritika tiegħu nnifsu. Il-PN ħass li kellu jkun qalil fil-kriitka tiegħu lejn il-Gvern imma ftit li xejn ħa ħsieb biex jagħmel ktitika tiegħu nnifsu. Saħaq li l-Partit irid jimxi mal-bżonnijiet tas-soċjeta tal-lum il-ġurnata.  

Adrian Delia qal li daħal fil-politika biex itejjeb pajjiżu għax jixtieq jara lil pajjiżu aħjar. L-obbligu tiegħu hu li jagħmel l-ikbar ħidma possibbli u jgħaqqad il-partit biex fl-elezzjoni li jmiss il-PM juri lill-elettorat li jista’ jagħmel id-differenza u jagħmel affarijiet aħjar mill-Gvern preżenti.

Huwa temma l-fatt li f’dawn l-aħħar ġimgħat għolew diversi prodotti fosthom il-prodotti tal-ħalib kif ukoll il-prezzijiet tal-fjuwil… dan kollu għaliex għandna Gvern bla pjan…. sitwazzjoni fejn diversi familji mhux qed ilaħħqu mal-ħajja.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista temm jgħid li fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed iniedi seminar fuq l-użu tal-media soċjali.