“Għandna pjan biex insalvaw l-oċejani tagħna, madankollu aħna nirnexxu jekk nimxu lkoll lejn direzzjoni waħda.“
Dan qalu Peter Thomson, kelliem tan-Nazzjonijiet Uniti illi indirizza l-konferenza tal-Forum of Ocean Ambassadors li ġiet imtella’ fil-binja tal-MUŻA fil-Belt Valletta.
Thomson sostna li huwa importanti li issa l-istati membri jiġbdu ħabel wieħed biex jimplimentaw it-tibdiliet li huma meħtieġa biex insalvaw l-oċejani tad-dinja.
Huwa qal li jħares ‘il quddiem biex fis-snin li ġejjin, u b’mod iminienti naraw tibdil kritiku ta’ ħarsien lejn l-Oċejani, b’referenza wkoll għat-2020 Ocean Conference li se ssir f’Lisbona.
Fid-diskors tiegħu huwa qal li minħabba t-tniġġis fil-baħar u fl-oċejani u kif ukoll it-tibdil rapidu fil-klima qed jeqred jew iwassal viċin il-qerda lil numru ta’ speċi tal-baħar, u kif ukoll speċi oħra fuq l-art.
Il-Forum of Ocean Ambassadors, li jagħmel parti minn Nazzjonijiet Uniti qed jaħdem biex ikun hawn aktar għarfien tal-Oċejani tagħna, mhux biss fost il-mexxejja, iżda wkoll iċ-ċittadni kollha tad-dinja. Il-Forum jisħaq fuq l-importanza li nħarsu l-ambjent marittimu, u fost l-oħrajn insalvaw is-sikek tal-qroll, magħrufa aħjar bħala coral reefs,li kull ma jmur qed jinqerdu minħabba t-tniġġis u t-tibdil fil-klima dinjija.
//= $special ?>