Għat-tieni darba wara li kienet tilfet il-ħelsien mill-arrest it-tfajla ta’ Jordan Azzopardi, t-tfajla ta’ Jordan Azzopardi li jinsab akkużat bi traffikar ta’ droga u li ċċirkola flus foloz ingħatat il-ħelsien mill-arrest mill-Qorti tal-Maġistrati.
L-omm ta’ ħames ulied u li għandha 31 sena u li hija minn Bormla kienet ingħatat il-ħelsien mill-arrest ftit tax-xhur wara li tressqet il-Qorti mixlija b’kompliċità ma’ Jordan Azzopardi. Madankollu hija kienet tilfet il-pleġġ meta waqt seduta fil-Qorti xhud kien qal li hija kienet offrietlu s-somma ta’ €20,000 biex ma jixhidx fil-każ tal-għarus tagħha.
L-omm li isimha ma jistax jissemma fuq ordni tal-Qorti biex jiġu protetti wliedha li għandhom bejn erba’ u 15-il sena, qed tikkontesta l-fatt li hija wegħdet xi flus lil dan ix-xhud u wara talba mill-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Amadeus Cachia, fejn tal-ewwel fis-sottomissjonijiet tiegħu għafas fuq il-kreddibilità tax-xhud li qal li kien offrut il-flus, il-Maġistrat Doreen Clarke laqgħet it-talba u ngħatat il-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €10,000 oħra. Fil-fatt il-mara ġiet meħlusa mill-ħabs tard il-Ġimgħa filgħodu.
Fil-proċeduri li għandha t-tfajla ta’ Jordan Camilleri, hija wieġbet mhux ħatja fuq pusses ta’ kannabis, attività kriminali, ċirkolazzjoni ta’ flus foloz u li ffrodat tliet ħwienet f’San Ġwann u tas-Sliema.
F’Ġunju li għadda xhud fil-Qorti waqt li hija kienet barra fuq pleġġ kien qal li kien irċieva diversi telefonati minn terza persuna li offrietlu €10,000 mill-ewwel u €10,000 wara s-smigħ tal-kawża, basta ma jixhidx. Kien qal li huwa kien għaraf il-leħen ta’ min kien ċempillu u kien qal li din kienet il-persuna li kienet bilqiegħda ħdejn Jordan Camilleri.
Kien qal li kien qed jitkellem għax kien mhedded, u li issa kien xeba’ u ddejjaq. Kien hemm li l-Qorti kienet ordnat li l-mara terġa’ tiġi arrestata u akkużi ġodda kienu żdiedu ma’ li kellha.
L-Avukat tagħha dejjem ċaħdu dawn l-akkużi, anzi qed jikkontendu li ġara bil-maqlub u kien ix-xhud li talab il-flus lil Jordan Azzopardi. Il-kaċ ikompli bl-Ispetturi Mark Anthony Mercieca u Justine Grech imexxu l-Prosekuzzjoni.
//= $special ?>