Filwaqt li l-piloti tal-Air Malta għandhom qed jitolbu garazija għax-xogħol tagħhom, il-Gvern … minflok jikkonsulta … qed jibqa’ stinat fil-pożizzjoni tiegħu.
U issa, il-Ministru Konrad Mizzi tant webbes rasu li mar għall-estremità illi jgħid li ma jistax jagħti garanziji lill-ħaddiema.
Waqt intervista li ta lill-istazzjon laburista … il-Ministru Mizzi qal li l-bdoti ma jridux jiffirmaw qbil mal-kumpanija minħabba li qed jistennew appoġġ akbar mill-Gvern. Fil-fatt, il-bdoti jridu garanziji marbuta mal-ħlas tal-pagi u l-pensjoni tagħhom kemm-il darba l-Air Malta tfalli. L-membri tal-ALPA huma mħassba b’mod partikolari fuq il-MaltaAir, li hi sussidjarja tar-RyanAir … u kemm din tista’ tkun ta’ theddida għall-Air Malta.
Intant fl-aħħar sigħat siti internazzjonali qed jirraportaw illi l-bdoti tal-Air Malta qed jibboktojaw l-avvenimenti socjali tal-kumpanija. Dan bħala sinjal ta’ protesta għall-mod kif twaqqfu l-azzjonijiet b’mandat kontra l-ALPA illi intlaqa’ mill-Qorti.