Lokali

L-Open Arms issalva 123 persuna oħra – l-Italja twissihom biex ma jersqux lejn l-ibħra tagħha

Waqt li f’pajjiżna qed nistennew il-wasla tal-Alan Kurdi, b’40 persuna abbord, l-għaqda l-oħra mhux governattiva Open Arms wettqet żewġ salvataġġi oħra.

F’appell għall-għajnuna, l-Open Arms iddikjarat li abbord hemm 123 persuna li fosthom hemm 32 mara u erbat itfal.

Il-midja fl-Italja ddikjarat li l-bastiment tal-Open Arms qed jistenna fl-ibħra internazzjonali waqt li jistenna jekk l-awtoritajiet Maltin hux se joffru l-għajnuna tagħhom.

Dan hekk kif l-Italja, bħal fil-każ tal-Alan Kurdi, wissiet li l-portijiet tagħha huma magħluqa u m’għandhomx permess lanqas li jidħlu fl-ibħra Taljani.