Malcom ħalla lil Barcelona wara biss staġun u se jkompli l-karriera ma’ Zenit St Petersburg għal somma ta’ €40 miljun li tista’ titla’ għal €45 miljun. Il-Brażiljan ta’ 22 sena ffirma kuntratt ta’ ħames snin maċ-champions Russi. Barcelona għandhom interess f’każ li Malcom iħalli lil Zenit fil-futur.
Il-Brażiljan kien ingħaqad ma’ Barcelona fis-sajf li għadda mingħand Bordeaux għal madwar €45 miljun. Iżda hu naqas li jżomm mal-aspettattiva u lagħab 24 logħba fil-kompetizzjonijiet u skorja erba’ gowls.
Il-klabb Russu għeleb l-isfida ta’ Everton li wkoll kienu interessati fil-plejer offensiv. Zenit diġà bdew il-kampjonat tagħhom u sa issa rebħu l-ewwel tliet logħbiet.
//= $special ?>