Sport Sport Ieħor

Malta f’riskju ta’ relegazzjoni mill-EuroHockey III wara telfa kontra l-Litwanja

It-tim nazzjonali Malti ġie megħlub mil-Litwanja 5-3 f’logħba minn wara l-fażi tal-gruppi tal-EuroHockey III. Fil-grupp ġdid Malta tinsab mal-Litwanja, it-Turkija u s-Slovakkja li huma l-erba’ timijiet li spiċċaw fl-aħħar żewġ postijiet taż-żewġ gruppi. Għada fid-9.00am t-tim Malti jilgħab kontra t-Turkija fejn irid jevita telfa biex ma jkunx relegat għar-raba’ diviżjoni.

Kristis Bubnelis fetaħ l-iskor favur il-Litwanja fl-20 minuta u fl-34 minuta Zygimantas Balsiukas irdoppja minn penalty korner. Mill-istess sitwazzjoni Rokas Galkus għamilhom 3-0 tliet minuti wara, bl-istess plejer ikompli jkabbar l-iskor fid-39 minuta.

Jonathan Borg naqqas id-distakk qabel tmiem it-tielet perjodu. Keith Bajada għamel l-iskor 4-2 fit-48 minuta u minuta wara Christ Agius daħħal lit-tim Malti. Bubnelis għalaq ill-logħba fit-52 minuta minn penalty korner.

Tags