Nirien ħakmu medda kbira ta’ għelieqi biswit it-Triq il-Banjiet Rumani fl-Imġarr Malta.
Residenti minn fuq il-post qalulna li n-nirien inxterdu f’leħħa ta’ berqa, bil-membri tal-Protezzjoni Ċivili ma jsibuhiex faċli biex iġibu taħt kontroll u jitfu n-nirien li ħakmu z-zona magħrufa bħala ‘Tar-Ragħad’.
It-temperaturi għolja li qed jolqtu l-gżejjer Maltin kull ma jmur qed joħolqu arja sħuna li permezz tagħha qed jinħolqu dawn l-inċidenti. L-aħħar waħda kienet dak li seħħ fil-Miżieb f’Ġunju li għadda.
Aktar dettalji ‘l quddiem.
//= $special ?>