Il-mina li tagħti lejn Ħal Kirkop u ż-Żurrieq ingħalqet għal xi ħin għat-traffiku wara li makkinarju li jintuża għat-tħaffir weħel mas-saqaf tal-mina. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 10:15am.
Il-makkinarju weħel mas-saqaf waqt li kien qed jiġi trasportat.
B’konsegwenza, il-mina kellha tingħalaq għat-traffiku minħabba ħsarat fis-saqaf tal-mina.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.


