Lokali Qorti

Sqalli mmultat wara li nqabad bid-droga hekk kif żbarka minn fuq il-Katamaran

Sqalli ta’ 41 sena ġie mmultat €850 wara li ammetta li mporta u kellu fil-pusses tiegħu seba’ grammi kannabis, liema droga kienet biss għal użu personali tiegħu.

Il-passiġġier inqabad hekk kif saret tifftxja fuq xi nies li kienu qegħdin jiżbaraw mill-Katamaran li kien għadu kemm wasal minn Sqallija. Sebastiano Fontè minn Sirkakuża ammetta l-akkużi miġjubin kontrih wara ,li tressaq quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.

Fontè, li għalih deher l-Avukat Joseph Bonnici ġie ordnat mill-Qorti biex iħallas il-multa b’mod immedjat filwaqt li l-istess Qorti ordnat id-distruzzjoni tal-kannabis grass. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jeffrey Scicluna.