Wirdiena kienet il-kaġun biex raġel ta’ 31 sena jispiċċa l-Qorti mixli bi vjolenza domestika fuq l-eks mara tiegħu fejn b’dak li għamel ikkaġunalha biża’ li se tintuża vjolenza fil-konfront tagħha u dan wara li l-argument skala fuq iben il-koppja li jbati mill-awtiżmu.
Ir-raġel tressaq il-Qorti mill-Ispettur Paul Camilleri quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimechn u ġie mixli li attakka u li kkaġuna ġrieħi ħfief fuqha.
L-akkużat qal fil-Qorti, “kienet hi li ċemplitli biex noqtlilha wirdiena u ndunajt li kellha raġel ieħor minn wara dahri. Ibni jbati mill-awtiżmu u s-sieħeb tal-mara għandu problema ta’ droga …. juża l-kokaina u l-alkoħol. U bl-ebda mod ma rridu fil-ħajja ta’ ibni.”
Huwa wieġeb mhux ħati u qal lill-Qorti li m’għandux flus biex iħallas għal xi depożitu li tista’ timponi l-Qorti għaliex martu gibdet flusu kollha mill-bank, fatt li l-Ispettur Camilleri kkonferma.
Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien bla ebda depożitu u fuq garanzija personali ta’ €4000. Hija ordnatlu li jżomm il-bogħod minn martu u d-dar tal-familja, u wissietu wkoll li ma jikser l-ebda ordni mposta mill-Qorti fejn qaltlu li jekk jagħmel dan, fin-nuqqas li jħallas il-garanzija personali, dan kollu jiġi konvertiti f’ħabs.
Biex tiġi protetta l-vittma, l-Qorti ordnat biex isem l-akkużat ma jiġix ippubblikat fuq il-meżżi tax-xandir. Għall-akkużat dehet l-Avukat Chris Frendo.
//= $special ?>