Lokali

Anzjan milqut minn vettura: isofri ġrieħi gravi

Anzjan ta’ 72 sena residenti s-Swieqi ittieħed l-Isptar isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura.

L-inċident seħħ fi Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar, għall-ħabta tal-10.30p.m. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn mill-ewwel investigazzjoni irriżulta li r-raġel intlaqat minn vettura tat-tip Kia Avella misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena residenti f’Bormla.

Fuq il-post wasal ukoll tim mediku li ħa lill-vittma b’ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei fejn iktar kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.