L-iskwadra ta’ kontra l-vizzji tad-droga f’Għawdex, ilbieraħ arrestat raġel ta’ 55 sena mir-Rabat Għawdex.
Ir-raġel ġie arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ qratas susspettati droga erojina li juru li ma kinitx għall-użu personali tiegħu.
Il-pulizija għamlet tfittxija fir-residenza tar-raġel, fejn instab qartas ieħor li hu suspettat li fih droga simili. Sabu ukoll ammont ta’ flus kontanti u miżien.
Il-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana ordnat inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha
Intant, ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fis-siegħat li ġejjien akkużat bi trafikar u pussess aggravat ta’ droga erojina, li kkommetta t-tali reati f’distanza ta’ inqas minn mitt metru ta’ post fejn jiltaqgħu iż-żgħażagħ u li sar reċediv
//= $special ?>