Lokali

Edward Scicluna jammetti li t-twessigħ tat-toroq se jinkoraġġixxi l-użu tal-karozzi privati

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, ammetta li l-iżvilupp u t-twessigħ tat-toroq, ‘probabbilment’ se jinkoraġġixxi lin-nies sabiex jagħmlu iktar użu tal-karozzi privati. Dan kien konfermat mill-Ministru Edward Scicluna nnifsu waqt konferenza li għaliha kien hemm preżenti ukoll il-Ministru tat-Trasport, Ian Borg

L-idea tat-twessigħ ta’ toroq se twassal għal numru ogħla ta’ karozzi u din ġiet ikkritikata minn ħafna NGOs li qed jargumentaw kontra t-twessigħ ta’ toroq u tqattigħ ta ’siġar.

Edward Scicluna kompla jgħid li jrid ikollok trasport pubbliku modern, bl-aħħar teknoloġija u li jissodisfa l-bżonnijiet tan-nies, sabiex tħajjar lin-nies jużaw it-trasport pubbliku minflok l-karozzi privati. Dan ikompli jikkonferma kemm verament it-trasport pubbliku f’Malta, għadu lura.

Minn naħa tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, f’kumment li kieb fuq Facebook, stqarr kif għall-kuntrarju tal-Ministru, li mhux qed jagħti l-ebda soluzzjoni jew tama, il-Partit Nazzjonalista se joffri tama u jagħti soluzzjonijiet fattibbli.

Il-Partit Nazzjonalista, se jtaffi il-problema tat-traffiku, irażżan it-tniġġiż, inaddaf l-arja tagħna sabiex kull min jgħix f’pajjiżna jkun jista’ jgħix ħajja aħjar.