Lokali

F’seba’ snin, Malta waqgħet ħdax-il post fl-Indiċi tal-Innovazzjoni

Jissejjaħ il-Global Innovation Index u hu pubblikat mill-World Intellectual Property Organization bil-kollaborazzjoni ta’ għadd ta’ partners awtorevoli. Ikejjel il-livell tal-innovazzjoni f’għadd kbir ta’ pajjiżi dwar l-ekonomija, l-edukazzjoni, is-saħħa u tant aspetti oħrajn. F’kelma waħda, dan l-indiċi jagħti stampa ta’ kemm pajjiż ikun mexa ’l quddiem u immodernizza.

Fl-indiċi ta’ din is-sena, Malta kienet fis-27 post u kellha score ta’ 49.01 minn mija. Dan ifisser li Malta marret pożizzjoni lura mis-sena l-oħra meta kienet spiċċat fis-26 post. Fiż-żewġ każi, Malta ġiet fis-17-il post fost il-pajjiżi Ewropej.

Fl-innovazzjoni, fl-2012, Malta kienet fis-16-il post – ħdax-il post qabel il-pożizzjoni ta’ din is-sena – bi score ta’ 56.1 minn mija, jiġifieri 7.09 punti aħjar minn din is-sena.